Ftit xita u Għawdex fid-dlam

Nofs Għawdex spiċċa għal xi ħin bla provvista tal-elettriku fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, kawża tax-xita. Dan qalitu ma’ Newsbook.com.mt, kelliema għall-Enemalta, li spjegat kif bil-maltemp kien hemm xi ħsarat.

Madanakollu ma kkummentatx dwar il-possibiltà li seta’ kien affettwat minn użu eċċessiv ta’ elettriku minħabba t-temperaturi għoljin, li qed jaħkmu l-Gżejjer Maltin.

Il-Ħadd li għadda, kelliem għall-Enemalta qal ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm high tension fault, li ġeneralment tieħu bejn siegħa u tliet sigħat biex tissolva.  Id-dawl fil-lokalitajiet milquta rritorna f’inqas minn siegħa.