Ftit tan-nifs għal Angela Merkel fl-elezzjonijiet reġjonali

German Chancellor Angela Merkel attends a joint news conference with French President Emmanuel Macron (not pictured) at the Elysee Palace in Paris, France, February 27, 2019. REUTERS/Gonzalo Fuentes/Pool

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel tieħu ftit tan-nifs hekk kif il-Partit tal-Lemin AfD ma żammx mal-previżjonijiet ta’ qabel u ma jrnexxilux jikseb ir-riżultati mixtieqa fl-elezzjonijiet reġjonali li saru l-bieraħ.

Minkejja li l-Partit Ġermaniż Alternattiv (AfD) kiseb żidiet kbar f’żewġ stati tal-ex lvant komunista, ma jrnexxilux jsir l-iktar partit popolari fil-Ġermanja bil-partit tradizzjonali jirkupraw fl-aħħar mumenti.

Il-Partit Kristan Demokratiku baqa’ l-ikbar partit popolari fl-istat tas-Sassonja bi 32 fil-mija tal-vot, qabel l-Partit AfD li kiseb 27.5 fil-mija waqt li d-demokratiċi taċ-ċentru xellug kisbu 27.5 fil-mija fl-istat ta’ Brandenburg qabel l-AfD li kiseb 22.5 fil-mija.