Ftit sigħat oħra jaslu lura Malta bil-kayak

Bħalissa jinsabu fi triqthom lura lejn Malta Ian Laferla u Andrea Scorcia, parti mit-tim ta’ Kayak for Charity 2014 Challenge.
Huma telqu lbieraħ filgħodu minn Marsamxett, u waslu Pozzallo s-Sibt filgħaxija. Kmien dalgħodu reġgħu bdew il-vjaġġ lura lejn Malta.
Din il-maratona ilha ssir mill-2008 u tiġbor fondi għal karitajiet differenti. Din is-sena sejrin jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Insipire li tgħin persuni b’diżabilitajiet differenti.
Kull min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jibgħat messaġġ bil-kelma “Kayak” fuq:
50618080 għal donazzjoni ta’ €4.66
50618926 għal donazzjoni ta’ €6.99
50619215 għal donazzjoni ta’ €11.65
Jew inkella online fuq: http://fundraisingmalta.com/kayakchallenge/.