Ftit inqas minn 500 każ ta’ hit-and-run fl-2019

Read in English.

Matul din is-sena diġà kien hemm 447 każ ta’ hit-and-run.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Farrugia qal li dawn il-każijiet li seħħew bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 ta’ Awwissu, kienu jinkludu vetturi ma’ nies, vetturi ma’ bini kif ukoll vetturi ma’ vetturi.