Ftit iktar irġiel milli nisa Maltin mietu minħabba l-kanċer din is-sena

Fil-Parlament illejla il-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi qal li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien hemm 232 persuna f’Malta li mietu bil-kanċer.
Kien ftit iktar l-għadd ta’ irġiel li mietu kawża tal-kanċer b’120, filwaqt li n-nisa li tilfu l-ġlieda tagħhom kontra din il-marda kienu 112.
Għal mistoqsija parlamentari oħra li tressqet ukoll mid-deputat Laburista Silvio Parnis, il-Ministru għas-Saħħa qal li bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, intbagħtu 431 persuna mill-Gvern barra l-pajjiż għall-kura ta’ mard.