Ftira bil-majjal

Signée, Unsplash

Ingredjenti:

  • 500gr għaġina tal-ħobż
  • 300gr dejf tal-majjal imqatta’ f’biċċiet żgħar
  • 350gr irkotta
  • 2 ġbejniet friski
  • 2 bajdiet
  • Ftit ġobon maħkuk
  • Bżar u melħ

Metodu:

  • Ħallat l-irkotta mal-ġbejniet mgħaffġa u l-bajd imħabbat.
  • Żid il-bżar u l-melħ.
  • Ferrex ftit ġobon maħkuk u jekk trid biċċiet ta’ ġobon li jogħġob lilek.
  • Iftaħ l-għaġina tal-ħobż, poġġiha f’turtiera mdellka b’naqra żejt jew butir u ħalli t-truf barra mit-turtiera.
  • Imla bit-taħlita tal-irkotta fuq l-għaġina u poġġi l-biċċiet tal-majjal fl-irkotta madwar it-turtiera kollha.
  • Wassal it-truf tal-għaġina għan-nofs mingħajr ma tgħatti l-wiċċ kollu b’mod li tibqa’ tidher ftit mit-taħlita.
  • Xerred ftit ġunġlien fuq il-wiċċ u sajjar f’forn sħun 220 gradi Celcius għal madwar 30 minuta jew sakemm l-għaġina tieħu kulur ħamrani.

Din ir-riċetta meħuda mir-rivista Flimkien.