Ftehim storiku dwar titjib fil-klima globali

FILE PHOTO - Participants take part in plenary session, during the final day of the COP24 U.N. Climate Change Conference 2018 in Katowice, Poland, December 14, 2018. REUTERS/Kacper Pempel

Kważi mitejn pajjiz għelbu d-differenzi politiċi ta’ bejnithom biex qablu fuq regolamenti ġodda biex jimplimentaw ftehim ġdid dwar il-klima meqjus bħala storiku, iżda l-kritiċi qed jgħidu li mhux biżżejjed biex iwaqqfu l-effetti global warning.

Wara ħmistax ta’ diskussjonijiet fil-belt Pollaka ta’ Kat-Viz, l-pajjiżi leħqu qbil dwar qafas ta’ liġi aktar dettaljat għal arranġamenti ta’ Pariġi tal-2015, li għandhom jillimitaw li t-temperaturi globali ma jogħlewx b’aktar minn 2 gradi celsius ‘il fuq mill-livelli ta’ qabel l-era industrijali.

Il-ftehim intleħaq fl-aħħar mument meta l-ministri tal-ambjent irnexxilhom jiżblukkaw dizgwid bejn il-Brażil u l-pajjiżi l-oħra dwar regolamenti fuq l-hekk imsejjaħ carbon credits, billi pposponew d-diskussjonijiet għas-sena d-dieħla bl-għan li ma dan ma jimpattax mal-ftehim finali.