Awguri lil Charles Stroud u martu Doris, née Camilleri li llum qed jiċċelebraw għeluq l-44 sena mill-jum li keinu wegħdu mħabbithom lil xulxin. Ingatti, kien bħal-lum, it-23 ta’ Ġunju tal-1976 li huma kienu żżewġu.
Charles idderieġa bosta sensiliet ta’ suċċess fosthom F’Salib it-Toroq, Kristu tal-Kerrejja, Tgħanniqa, F’Baħar Wieħed, Pupi u Prima Facie biex insemmi biss ftit mill-ħafna li huwa ħadem. Lil Doris konna rajnieha wkoll fis-sensiela F’Baħar Wieħed.
Il-koppja Stroud huma ġenituri u anki nanniet.
Proprju f’okkażjoni ta’ dan il-jum, Charles ikkummenta li minn dak il-jum li huwa żżewweġ lil Doeis huma mhux biss bnew familja iżda ma’ kull ġurnata saħħew l-imħabba tagħhom lejn xulxin.
“Ma jiddispjaċinix mill-unjoni tagħha,” qal hu waqt li saħaq li l-għaqda tagħhom hija bbażata fuq ftehim, sagrifiċċju u kompromess.

Awguri lil Charles u lil Doris f’dan il-jum speċjali.