Ftehim Pulizija: Żieda fil-paga; 40 siegħa fil-ġimgħa

Ġie ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-Korp tal-Pulizija li dwaru hemm qbil bejn iż-żewġ unjins tal-pulizija.

Il-ftehim ġie ffirmat illum fil-Ministeru għall-Intern fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern Michael Farrugia u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar.

Fost oħrajn il-Pulizija se jkunu qed jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa minflok 46 u se jkunu jistgħu jaħdmu bis-sahra billi jaħdmu servizz ta’ għassa ma’ xi post partikolari.

Farrugia qal ukoll li se jsiru wkoll aktar tibdiliet biex jissaħħaħ il-korp. Dawn jinkludu Għassa ġdida f’Wied il-Għajn u tibdil fl-uniformi tal-pulizija biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar.