Ftehim mal-Greċja jidher possibbli

Wara erba’ sigħat ta’ laqgħat mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras qal li jidher li l-partijiet qed joqorbu lejn ftehim anke jekk il-Greċja fadlilha xi riservi dwar xi punti.
Il-laqgħa saret lejlet l-ewwel skadenza biex il-Greċja tħallas €300 miljun lill-kredituri tagħha, iżda l-Greċja tidher ottimista li se tasal għal ftehim mingħajr ma jkollha żżid miżuri t’awsterità.
Il-Greċja ilha xhur titlob iktar minn €7 biljun f’iktar dejn, imma l-kredituri eżistenti ilhom jinsistu għal iktar sforzi mill-pajjiż biex jirranġa s-sitwazzjoni ekonomika tiegħu.
Il-ftehim jidher fuq ix-xefaq wara proposta min-naħa tal-kredituri u oħra mill-Greċja stess.