Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar

Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid ta’ ħames snin għall-ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes, spjega kif il-ftehim il-ġdid itejjeb aktar il-kundizzjonijiet eżistenti, fosthom żidied fis-salarji, żieda fil-leave tal-istudju, u l-introduzzjoni ta’ aktar miżuri family-friendly. 
Il-ftehim il-ġdid idaħħal ukoll kundizzjonijiet aħjar ta’ benefiċċji ta’ mard f’każijiet ta’ mard serju fit-tul.
Galdes irringrazzja liċ-Chairman, lill-Kap Eżekuttiv, u lit-tmexxija kollha tal-Awtorità tad-Djar, li flimkien ma’ rappreżentanti tal-UĦM laħqu dan il-ftehim.
Ritratt: DOI – Jason Borg