Ftehim Iran: Macron jgħid li ma rnexxilux jikkonvinċi lil Trump

Il-President Franċiż, Emmannuel Macron qal li jaf falla milli jikkonvinċi lill-President Amerikan Donald Trump sabiex ma jerġax lura mill-ftehim nukleari internazzjonali mal-Iran.
Hu u jitkellem mal-midja Amerikana, Macron sostna li Trump se jneħħi dan il-ftehim waħdu minħabba raġunijiet domestiċi. Għaldaqstant sostna li ma kellu l-ebda informazzjoni oħra x’jgħaddi lill-midja.
Trump għandu sat-12 ta’ Mejju biex jiddeċiedi x’se jagħmel dwar dan il-ftehim li kien qed iżomm lura lill-Iran milli jakkwista armamenti nukleari.
Il-President Amerikan minn dejjem kritika l-ftehim li kien iffirma l-eks President Barack Obama u sostna li kien wieħed wisq ħanin.
Permezz tal-ftehim, l-awtoritajiet Iranjani aċċettaw li jwaqqfu l-programm nukleari tagħhom jekk is-sanzjonijiet ekonomiċi fuq il-pajjiż jitnaqqas.