Ftehim għat-trasferiment tal-ishma ta’ Crystal Finance Investments

L-azzjonisti ta’ Crystal Finance Investments Limited u Calamatta Cuschieri Group plc laħqu ftehim preliminari għat-trasferiment sħiħ tal-ishma ta’ Crystal Finance Investments Limited lil Calamatta Cuschieri Group plc.
Il-ftehim jibqa’ suġġett għall-approvazzjoni tar-regolaturi fosthom dak finanzjarju, l-MFSA, kif ukoll għal due diligence skont il-prattika.
Il-ftehim propost se jkompli jsaħħaħ lil Calamatta Cuschieri Group plc bħala wieħed mill-akbar Gruppi ta’ servizzi ta’ investiment f’Malta.
Il-klijenti ta’ Crystal Finance Investments Limited ikunu jistgħu jiggwadanjaw ukoll minn sinerġiji varji, inklużi opportunitajiet ġodda ta’ investiment u aktar servizzi elettroniċi. L-impjegati kollha ta’ Crystal Finance Investments Limited se jinżammu bl-istess termini u kundizzjonijiet.
Crystal Finance Investments Limited se tibqa’ topera normali taħt l-isem tagħha u l-klijenti se jkomplu jiġu moqdija mis-solitu Client Advisor mill-uffiċini ta’ Crystal Finance Investments Limited fil-Belt, Ħal-Qormi, il-Mosta, l-Imsida u r-Rabat Għawdex.