Ftehim għall-pannelli tax-xemx bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-GRTU

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-GRTU laħqu ftehim li jwaqqfu l-kumpanija Malta Energy Limited biex tiżviluppa l-pannelli tax-xemx.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan il-ftehim se jgħin biex jiġu installati pannelli tax-xemx fuq ġibjuni tal-Korporazzjoni tal-ilma fil-Mellieħa u f’Ta’ Ċenċ f’Għawdex bi spazju ta’ madwar 13-il elf metru kwadru.
Spjega li l-kuntratti se joħorġu permezz ta’ competitive tender min-naħa tal-kumpanija u l-kumpanija se tixtri l-pannelli u tinstallahom. Żied jgħid li wara l-Enemalta se tixtri d-dawl.
Fl-aħħar nett il-Ministru Mizzi qal li Malta diġà laħqet aktar min-nofs tal-miri tagħha fil-qasam tal-enerġija rinovvabbli ta’ 10% kif stipulat mill-Unjoni Ewropea.
Spjega li f’erba’ snin bbenefikaw aktar minn 20,500 familja minn skemi ta’ enerġija rinovabbli wara li ġew investiti aktar minn €40 miljun.
Ritratt: DOI: Pierre Sammut