Ftehim għal iktar appoġġ fl-intraprenditorija

Permezz ta’ din is-sħubija, l-EY se tassumi rwol attiv f’appoġġ lill-MEC fil-missjoni tagħha li tmantni lill-intraprendituri żgħażagħ li jinteressahom jimirħu fit-twaqqif tan-negozju tagħhom.
L-iffirmar tal-Memorandum of Understanding kien iffirmat mill-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST, Dr Silvio De Bono, u mill-Country Managing Partner tal-EY, Ronald Attard, fil-preżenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni u Xogħol Evarist Bartolo.
Dr Silvio De Bono enfasizza l-importanza ta’ xogħol flimkien ma’ kumpaniji ta’ professjonisti ewlenin fuq skala lokali u internazzjonali bħall-EY Malta, li qed joffru lill-istudenti tal-MCAST is-servizz tagħhom u anki taħriġ.
Ronald Attard, min-naħa tiegħu qal li l-għan ta’ din il-kollaborazzjoni hi sabiex iż-żewġ entitajiet jimmassimizzaw l-esperjenzi, it-teknoloġiji, il-metidoloġiji u r-riżorsi tagħhom biex jingħata servizz ħolistiku lill-istudenti.
Il-Ministru Evarist Bartolo radd ħajr lil EY talli qed isarrfu r-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom f’azzjoni konkreta li tkattar fost l-istudenti u l-għalliema l-valuri ta’ ċittadinanza attiva u intraprenditorija, minbarra l-valur tax-xogħol fih innifsu.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .