Ftehim għal 5 snin bejn l-ERRC u NGOs Kanadiżi

L-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) iffirmaw  ftehim ma’ voluntiera mill-Canadian International Rescue Organisation u l-Canada Red Deer Search and Rescue.
Dan il-ftehim ikopri l-kollaborazzjoni u taħriġ bejn iż-żewġ NGOs fuq perjodu ta’ ħames snin, li jinkludi taħriġ konġunt barra minn Malta taħt il-mekkaniżmu tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Se jipprovdi wkoll opportunitajiet għall-imsieħba internazzjonali biex jipparteċipaw fi żjarat ta’ skambju għall-ERRC.
Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela, innota li l-ERRC qed juru li lesti jżidu s-servizzi li joffru f’każ ta’ emerġenza nazzjonali.
Il-Ministru ppreżenta ċertifikati lill-membri mill-ERRC, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Korp tal-Pulizija wara  li attendew għall-kors  dwar rispons ta’ emerġenza.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott