Ftehim ġdid bejn l-Enemed u kumpanija taż-żejt

ENOC

Ġie ffirmat ftehim ta’ koperazzjoni bejn il-kumpanija Enemed u l-kumpanija nazzjonali taż-żejt tal-Emirati Għarab Magħquda, ENOC.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Enerġija qal li l-ftehim jara l-bidu ta’ possibbilment koperazzjoni aktar mill-qrib bejn dawn iż-żewġ kumpaniji fir-rigward ta’ proġetti kapitali kemm f’Malta u anke barra mill-pajjiż, equity participation f’kumpaniji Maltin mill-ENOC kif ukoll il-ftuħ ta’ trading office f’Malta.

L-Enemed diġà bdiet taħdem internament biex jiġi identifikat it-tim ta’ negozjaturi li se jkun immexxi miċ-Ċerpersin Eżekuttiv Kevin Chircop taħt il-gwida tal-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi. Skont il-Ministeru, dan il-ftehim hu parti mill-istrateġija tal-Enemed biex tkompli ssaħħaħ il-preżenza tagħha. Żied jgħid li dan il-ftehim ġie deskritt bħala pass kbir għal Enemed fil-pjan strateġiku tagħha.