Ftehim fuq Brexit possibiltà iżda mhux ċertezza – Johnson

FILE PHOTO: Julian Simmonds

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li xenajru li r-Renju Unit jiltlaq mill-UE mingħajr qbil kien possibbli iżda s’issa inċert. Hekk kif il-Prim Ministru Ingliż biddel il-verżjoni tiegħu minn possibilita’ remota li r-Renju Unit jiltaq mingħajr ftehim

F’intervista fuq il-BBC, Johnson qal li “kollox jiddependi mill-ħbieb u kollegi tal-Unjoni Ewropea”.

Mistoqsi fuq ċansijiet reali li l-pajjiż jitlaq mingħajr ftehim, Johnson qal li bħalissa ċ-ċansijiet kienu touch and go, hekk kif jidher li biddel il-versjoni inizjali tiegħu ta’ ‘a million to one’.

Johnson qal b’mod ripetut li r-renju unit se jitlaq mill-UE fil-31 t’Ottubru.