Read in English.
Sar ftehim ġdid bejn il-Malta Industrial Parks (MIP) u l-Ministeru għal Għawdex, biex it-tindif u l-manutenzjoni fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija u Ta’ Dbieġi jaqgħu taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru għal Għawdex. Madanakollu, l-MIP se tibqa’ responsabbli għall-investiment kapitali u proġetti ewlenin fiż-żoni industrijali.
Il-ftehim ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona u l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.
Il-Ministru Caruana qalet li dan huwa wkoll l-ewwel eżerċizzju ta’ afforestazzjoni f’żona industrijali f’Għawdex fejn inħolqu spazji miftuħa biex jitgawdew mill-familji. Żiedet tgħid li l-ħidma għandha tkompli fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, hekk kif qed jiġu ppjanati xogħlijiet fit-toroq tal-istess żona biex titjieb l-aċċessibbiltà.