Ftehim dwar Brexit mhux viċin – PM Irlandiż

Ireland's Prime Minister (Taoiseach) Leo Varadkar and British Prime Minister Boris Johnson meet in Thornton Manor, Cheshire, Britain October 10, 2019. Noel Mullen/Handout via REUTERS

Read in English.

Il-Prim Ministru Irlandiż Leo Varadkar waqqaf l-entużjażmu li bħalissa qed idur fir-Renju Unit wara li l-Guardian kitbet li ftehim mal-Brexit kien qrib u mistenni jitħabbar fis-sigħat li ġejjin.

Varadkar qal li hemm diversi kwistjonijiet pendenti fosthom dwar il-moviment tal-merca bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda u kif se jintleħaq qbil politiku dwar arranġjamenti għall-Irlanda ta’ Fuq.

Sorsi qrib il-BBC qalu li l-possibilita’ li jintleħaq ftehim din il-ġimgħa hu żgħir hekk kif il-Prim Ministru Ingliż qiegħed fi ġlieda kontra l-ħin jilħaq ftehim qabel is-summit tal-mexxejja ewropej li jibda għada.