Ftehim biex żgħażagħ vulnerabbli jsibu impjieg

Il-President’s Trust u l-Federazzjoni Maltija ta’ Organizzazzjonijiet Persuni b’Diżabbiltà ffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni sabiex jgħinu żgħażagħ vulnerabbli li jsibuha diffiċli biex isibu impjieg skont il-ħiliet tagħhom u biex jibnu karriera.
Fi stqarrija ngħad li ż-żewġ entitajiet jemmnu li kull persuna żagħżugħ għandha potenzjal u jekk tingħata s-sapport huma jistgħu jiffjorixxu u jikkontribwixxu għas-soċjetà.
Saħqu li b’din l-iniżjattiva se jingħataw diversi opportunitajiet għadd ta’ żgħażagħ.
Ritratt: DOI: Anthony Sultana