Ftehim bejn SVPR u Luqa St. Andrews FC

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca ffirmat memorandum of understanding ma' Luqa St. Andrews FC bil-għan li l-klabb ikun jista' jagħmel użu mill-grawnd ta' San Vinċenz de Paul.
Il-Ministru fissret dan il-ftehim bħala wieħed li se jnissel solidarjetà inter-ġenerazzjonali fi ħdan ir-residenza għaliex ikun hemm kuntatt dirett mal-anzjani.
Il-grawnd tar-residenza ta’ San Vinċenz de Paul kien infetaħ uffiċjalment f'Diċembru tal-2012.