​Ftehim bejn l-MCAST u De La Rue għal taħriġ fl-istampar

Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) u l-kumpanija De La Rue laħqu ftehim biex jaħdmu flimkien fi programmi ġodda ta’ taħriġ fl-istampar.
Permezz ta’ dan il-ftehim, l-MCAST se tkun tista’ tiżviluppa korsijiet għall-istudenti li jixtiequ jidħlu fl-industrija.
Id-De La Rue hi l-ikbar kumpanija fid-dinja li tistampa karti ta’ flus u passaporti. F’Malta timpjega 567 ħaddiem.
Is-sena li għaddiet, De La Rue u l-MCAST fasslu Diploma fl-Istampar (Livell 3) li tnediet f’April, bil-għan li jiżdiedu l-ħiliet f’dan is-settur.
Ritratt: MCAST