Ftehim bejn il-Gvern u l-MUMN dwar il-ħaddiema Għawdxin

Il-Gvern u l-MUMN laħqu ftehim fuq il-kwistjoni li nqalgħet dwar it-trasport tal-infermiera u l-qwiebel Għawdxin bejn l-Isptar Mater Dei u t-terminal taċ-Ċirkewwa.
Il-ftehim ‘Foundation of Medical Services’, se jipprovdi t-trasport lil dawn il-professjonisti wara li jkunu spiċċaw ix-shift ta’ bilejl.
Il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi, irrikonoxxa li dawn l-infermiera u l-qwiebel diġà qedgħin jagħmlu sagrifiċċju billi jiġu kmieni Malta, biex jaslu fil-ħin u jieħdu ħsieb pazjenti rikoverati l-isptar.
Fl-istess laqgħa intlaħaq ftehim bejn Mizzi u l-MUMN dwar l-istaff meals biex b’hekk ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ikollhom ikel provdut waqt il-ħin tax-xogħol.