F’Tas-Sliema 615-il każ ta’ pick-pocketing f’sena

Pick-pocketing

Read in English.

Fl-2017, ġew rappurtati 615 il-każ ta’ pick-pocketing f’Tas-Sliema, l-iktar reat komuni f’din il-lokalità f’kull sena mill-2013.

Sa Mejju ta’ din is-sena, f’din il-lokalità ġew irrappurtati 102 każi ta’ pick-pocketing. L-ikbar numru minn dawn ir-reati ġie reġistrat fl-2016, b’657 każ.

Dawn id-dettalji ingħataw fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia bi tweġiba għal mistoqsija tad-deputat tal-PN Karol Aquilina.

Is-sena li għaddiet, ġew rappurtati 50 każ ta’ serq minn residenzi f’Tas-Sliema u 56 każ ta’ serq minn fuq il-bajjiet.

Ġew rappurtati wkoll 12 il-serqa ta’ karozzi, 23 każ ta’ serq minn klijenti f’bars u ristoranti u 24 każ ta’ serq minn klijenti f’lukandi.
B’kollox ġew rappurtati 993 każ ta’ serq matul l-2017, u sa Mejju ta’ din is-sena ġew rappurtati 228 każ.