F’Settembru se jinġibdu f’Malta xeni tal-film Assassin’s Creed

Lejn l-aħħar tas-sajf, f’Malta se jkun qed jinġibdu xi xeni tal-film ibbażat fuq il-video game popolari Assassin’s Creed
Newsbook.com.mt hu infurmat li l-ġbid tax-xeni f’Malta se jibdew f’Settembru. 
Il-film se jinġieb Malta mill-kumpanija Maltija Latina Pictures, l-istess kumpanija li sentejn ilu ġabet il-film World War Z.
Id-direttur tal-film hu Justin Kurzel, l-istess wieħed li dderieġa Macbeth
Il-parti prinċipali se tkun f’idejn l-attur Michael Fassbender, u l-istorja jidher li se tkun taħlita tal-logħba u stejjer ġodda vvintati. 
Sa issa hu kkonfermat li ma' Fassbender se jkun hemm l-attriċi Marion Cotillard. 
Il-film se jkun imqassam minn 20th Century Fox u ppjanat li jibda jinwera fis-swali taċ-ċinema fil-21 ta’ Diċembru 2016.