F’sena, 18,000 persuna jipparteċipaw f’Erasmus+

Kien 18,000 l-ammont ta’ persuni li, fl-ewwel sena tiegħu, diġà pparteċipaw f’Erasmus+. Dan hu programm immirat fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ taż-żgħażagħ u tal-isport.
B’baġit ta’ iktar minn €2 biljun, Erasmus+ offra iktar opportunitajiet permezz ta’ kollaborazzjoni bejn is-setturi, li qed jgħinu lis-sistemi tal-Ewropa f’dawn l-oqsma biex jippruvaw prattiċi innovattivi u jikkontribwixxu għar-riforma u l-modernizzazzjoni.
Il-Kummissarju tal-UE għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Tibor Navracsics, qal li fl-ewwel sena tiegħu, Erasmus+ wera li hu verament suċċess. Sostna li l-għadd impressjonanti ta’ parteċipanti hu prova li l-programm qed jgħin biex isaħħaħ il-prospetti taż-żgħażagħ li jsibu x-xogħol għax jgħinhom jakkwistaw ħiliet u esperjenzi ġodda.
Għal iktar informazzjoni dwar Erasmus+ tista’ tidħol hawn.