F’Salvador tinħeles mill-ħabs wara suspett ta’ abort

Tfajla minn Salvador fl-Amerka li kienet akkużata b’attentat ta’ qtil tat-tarbija tagħha permezz ta’ abort ingħatat il-ħelsien mill-arrest wara 18-ix xahar il-ħabs. Hija ġiet stuprata minn missierha stess u kienet akkużata li ppruvat tagħmel abort taħt il-liġijiet stretti kontra l-abort f’pajjiżha.

Wara li t-tfajla weldet f’post pubbliku, hi ittieħdet għall-kura l-isptar fejn it-tobba ssuspettaw li kienet pruvat twettaq abort. Il-qorti qalet li t-tfajla ma kinitx taf li inqabdet tqila u ma pruvatx toqtol lit-tarbija. B’hekk it-tarbija għexet u t-tfajla ġiet liberata filwaqt li l-missier se jidher quddiem il-qorti.

Għall-aħħar għoxrin sena, El Salvador implimenta liġijiet mill-aktar ħorox kontra n-nisa li jwettqu abort jew dawk li jkunu suspettati li assistew f’xi abort.