F’Ruma mistennija aktar nies minn meta laħaq l-aħħar Papa

F’Ruma hu mistenni li se jkun hemm ħafna nies għal dan iż-żmien ta’ tluq tal-Papa Benedittu XVI. Iżda qed jingħad li se jkun hemm saħansitra iktar nies minn meta l-istess Josef Ratzinger sar Papa.

Is-sindku ta’ Ruma, Gianni Alemanno qal dan wara li attenda laqgħa dwar l-ordni u s-sigurta’ pubblika. Huwa qal li kollox jinsab lest għal kull eventwalita’, iżda biex skont kif qal hu, ‘il-magni jibdew jaħdmu’, hemm bżonn dati preċiżi ta’ meta se jsir il-konklavi.

Madanakollu, saħaq is-sindku ta’ Ruma, jista’ jkun li l-ammont ta’ nies li tkun Ruma jkun wieħed akbar milli mistenni.