Frozen 2 is-sitt film ta’ Disney li daħħal biljun dollaru din is-sena

Frozen 2 huwa s-sitt film ta’ Disney li din is-sena laħaq  id-dħul ta’ biljun  dollaru madwar id-dinja u b’hekk saħħaħ il-qagħda tal-kumpanja li qed tiddomina Hollywood.

Dawk il-bejgħ tal-biljetti jkompli jkabbar is-suċċess li Disney stabbilixxa matul  is-sajf, b’ħames films oħra: Avengers: Endgame, Aladdin, Toy Story 4, The Lion King u Captain Marvel,  li flimkien ifissru dħul ta’ biljun dollaru kull wieħed f’sena waħda. Frozen 2 huwa t-tielet film ta’ Disney Animation li jdaħħal biljun dollaru u issa qiegħed is-seba’ l-ikbar film animat li qatt sar.

Iktar kmieni f’Diċembru Disney sar l-ewwel film studio fl-istorja li qabeż l-$10 biljun mad-dinja kollha, u dan sar qabel mhux se joħroġ Star Wars: The Rise of Skywalker fl-20 ta’ Diċembru.

Frozen 2 huwa diġà t-tmien l-ogħla film li daħħal l-aktar flus din is-sena. Fl-Amerika ta’ Fuq, dawk li jsegru lf-ilms tal-fantasija ġġeneraw $367 miljun. Barra mill-pajjiż dawn daħħlu $600 miljun mħaddem minn wirjiet qawwija speċjalment fiċ-Ċina ($111.5 miljun), il-Korea ($85.4 miljun), il-Ġappun ($67.3 miljun) u r-Renju Unit ($49.6 miljun).

Dirett minn Jennifer Lee u Chris Buck, Frozen 2 jkompli l-avventuri tal-Prinċipessi Elsa u Anna li jerġgħu jingħaqdu ma’ Kristoff u Olaf u jimbarkaw f’avventura lil hinn minn Arendelle biex issir taf għaliex Elsa twieldet b’poteri maġiċi.