Frott, ġugarelli u kotba għat-tfal tal-Ursolini mill-komunità Musulmana f’Malta

Komunità Musulmana f'Malta ppreżentat hampers ta’ frott, u għadd ta' ġugarelli u kotba għat-tfal li jgħixu f’Angela House fil-Pietà.
Il-President ta' Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Laiq Ahmed Atif flimkien ma' membri oħra tal-komunità, żaru d-dar immexxija mis-Sorijiet tal-Ursolini fejn iltaqgħu mas-sorijiet u mat-tfal residenti.
Il-komunità Musulmana esprimiet l-impenn tagħha biex tgħin lil dawk fil-bżonn irrispettivament mit-twemmin, in-nazzjonalità u l-kulur politiku.