
Read in English.
L-ewwel persuni li se jkunu qegħdin jingħataw il-vaċċin fl-Istati Uniti huma l-frontliners. Maż-żmien il-vaċċin se jkun disponibbli għal setturi differenti fil-pajjiż.
Illum ingħatat l-ewwel vaċċin għall-coronavirus fi New York lill-infermiera Sandra Lindsay. Hija ħadet il-vaċċin waqt avveniment live li attenda wkoll b’mod virtwali l-Gvernatur ta’ New York Andrew Cuomo.
Lindsay irringrazzjat lill-fronliners kollha u lill-kollegi tagħha li għamlu biċċa xogħol tajba minkejja li l-pandemija tinsab madwar id-dinja kollha. Żiedet li hija qed tittama li llum ikun il-bidu tat-tmiem ta’ din il-pandemija. Spjegat li hija tixtieq twassal il-messaġġ li l-vaċċin huwa sigur.
Il-Vaċċin Pfizer u BionTech ġew approvati għall-użu ta’ emerġenza mill-Food and Drug Administration il-Ġimgħa li għadda. Mijiet ta’ vaċċini tqassmu madwar l-Istati Uniti.