Frontliner jirreaġixxi wara li persuna qaltlu jħaffef waqt l-iswab

Thomas Grixti

Wieħed mill-frontliners li qed jagħmel l-iswabbing għall-coronavirus irreaġixxa għall-kliem ta’ persuna li qaltlu jgħaġġel waqt il-proċess.

Fuq Facebook, Thomas Grixti tefa’ ritratt tiegħu ta’ kif jidher wara sagħtejn liebes l-ilbies protettiv fis-sħana. Qal li meta ħa r-ritratt kien fadallu sitt sigħat oħra xogħol.

Grixti semma’ li persuna qaltlu jgħaġġel waqt li kien qed jagħmel l-iswabbing. Qal li wieħed ikollu ħafna stress waqt li qed jerfa’ r-responsabbilità li jagħmel l-iswabbing fis-sħana.

*Addressed to that person that asked me to hurry up whilst swabbing …*This is the result of just 2 hours of donning…

Posted by Thomas Grixti on Tuesday, July 28, 2020

Qal ukoll li l-virus għadu fil-komunita u appella lin-nies biex joqgħodu attenti.

Intant diversi persuni qed jippruvaw iċemplu l-helpline tal-111 biex jagħmlu appuntament għall-iswab test tal-coronavirus imma ħadd mhu qed iwieġeb it-telefonati tagħhom. Newsbook.com.mt jinsab infurmat li hemm min ilu aktar minn ġurnata jipprova jaqbad ma xi ħadd. Meta din il-kamra tal-aħbarijiet ippruvat iċċempel hi wkoll fuq il-helpline damet ħames minuti tistenna, iżda kien kollu għal xejn.

F’Malta llum ġew reġistrati seba’ każi ġodda ta’ coronavirus.