Front Ħarsien ODZ urtat li politiċi baqgħu jattendu għall-attivitajiet f’Montekristo

Front Ħarsien ODZ ikkundanna l-fatt li uffiċjali tal-Gvern u politiċi miż-żewġ partiti l-kbar attendew għall-fiera dwar il-kaċċa f’Montekristo “post mimli illegalitajiet li jinkludi zoo illegali u strutturi mingħajr permess.”
Fi s-stqarrija, il-Front sejjaħ lill-membri tal-Gvern, Membri Parlamentari, politċi u kunsilli lokali biex jiefqu jagħmlu użu minn Montekristo.
Ħeġġu wkoll lill-pubbliku biex ma jersaqx “lejn dan il-mument tal-illegalità
Il-Front Ħasien ODZ talab lill-Gvern biex “immedjatament” jagħti ordinijiet biex jitneħħew minnufih l-istrutturi kollha illegali.
Intant fi stqarrija wkoll, Caccia Village Malta, li qed torganizza l-fiera msemmija, qalet li d-diretturi tagħha jiddassoċċjaw rwieħhom minn l-inċident li “seħħ barra mill-post li ġew mikrija minnhom sabiex tinżamm il-Fiera Caccia Village International Malta.
L-istqarrija tiċċara li d-dħul għaż-zoo huwa kompletament separat mid-dħul għall-fiera u ma hemmx aċċess bejn iż-żewġ postijiet.