Front Ħarsien ODZ jitlob kjarifiċi dwar Ħal Far

Front Ħarsien ODZ qed jitlob lill-MEPA tikkjarifika jekk il-bidliet fil-policy tagħha dwar iż-żona industrijali ta’ Ħal Far, jaffettwawx il-proposta ta’ trakka għat-tlielaq tal-karozzi fl-inħawi.
Il-Front saħaq li l-pożizzjoni tiegħu dwar dan il-proġett propost hi li din it-trakka għandha tiġi kkunsidrata biss jekk isiru studji komprensivi dwar sostenibbiltà u jekk art barra ż-żona ta’ żvilupp ma tiġix ikkunsidrata.