Front Favur il-Mina jitlob reviżjoni fir-rotta X1

Front Favur il-Mina wera’ t-tħassib tiegħu dwar it-tibdil fir-rotta X1, li hija l-unika rotta express miċ-Ċirkewwa għaċ-ċentru ta’ Malta.
Ilbieraħ Transport Malta ammettiet ma’ Newsbook.com.mt wara mistoqsijiet mibgħuta lilha li l-vjaġġ seta’ twal xi ftit minħabba t-traffiku.
Il-Front Favur il-Mina argumenta li l-ewwel tneħħiet il-waqfa fuq l-istejġ ta’ Mater Dei b’konsegwenza li l-Għawdxin qed ikollhom jieqfu s-Swatar għall-isptar u issa l-vjaġġ ittawwal minħabba li r-rotta qed tgħaddi miċ-ċentru tal-Mellieħa.
Il-Front qal li jekk qabel li wieħed jittardja għall-vapur kienet okkorrenza komuni, issa din se ssir in-normalità. Fi stqarrija Front Favur il-Mina sejjaħ lill-awtoritajiet biex jirrevedu t-tibdil li sar fuq ir-rotta bit-tama li jitnaqqas l-iskariġġ u l-ħela ta’ ħin għall-Għawdxin.