Ingredjenti
3 bajdiet
butir
75g faqqiegħ isslajsjat
nofs ras ta’ tewma mgħaffġa
ftit weraq tal-ispinaċi
Metodu
Saħħan il-butir u sajjar il-faqqiegħ sakemm dan jirtab u jbiddel il-kulur.
Żid it-tewma u sajjar għal 1 minuta.
Żid il-weraq tal-ispinaċi u sajjar sakemm tara li saru. Żid il-melħ u l-bżar.
Sajjar il-froġa u meta tara li saret poġġi t-taħlita tal-ispinaċi fin-nofs u aqleb nofs fuq ieħor. Kompli saħħan għal minuta oħra qabel isservi.