Frodi ta’ €150,000 wara li pustier seraq cards u dettalji tal-bank

Fir-Renju Unit, pustier kien kompliċi f’serqa ta’ madwar €150,000, wara li seraq il-cards u l-PINs tal-klijenti waqt li kien iqassam il-posta. Fil-Qorti, Archie Johnson kien akkużat li seraq informazzjoni finanzjarja personali tal-klijenti tar-Royal Mail fiċ-ċentru ta’ Londra.
Din l-informazzjoni kienet użata mill-kompliċi tiegħu li ffrodaw il-kontijiet tal-banek tal-vittmi.  Fil-karozza tal-pustier instabu wkoll diversi cards tal-banek. Il-pustier qed jiċħad l-akkużi miġjuba kontrih iżda qed jinżamm arrestat.
Il-ġuri jkompli.