Ingredjenti
230g asparagus
12-il bajda
2 mgħaref ħalib
nofs kuċċarina melħ
100g irkotta
żejt taż-żebbuġa
bżar iswed
Metodu
Ħabbat il-bajd u qatta’l-asparagus f’biċċiet żgħar.
Itfa’ l-asparagus f’taġen ma’ ftit żejt taż-żebbuġa, bżar u sajjar għal madwar 12-15-il minuta.
Ferragħ l-bajd fit-taġen , ifirxu sew u sajjar sakemm it-truf jagħqdu.
Ferrex biċċiet żgħar tal-irkotta fil-wiċċ, għatti bit-tinfoil u sajjar għal 15-20 minuta oħra.
Neħħi t-tinfoil u ħalli l-frittata toqgħod għal ħames minuti qabel isserviha.