Ingredjenti
4 bajdiet kbar imħabbta
130g faqqiegħ slajsjat
70g brokkoli mqatta’
50g ġobon Cheddar maħkuk
2 mgħaref basal imqatta’ fin ħafna
2 mgħaref bżar aħdar imqatta’ fin ħafna
2 mgħaref ġobon maħkuk
ponta ta’ kuċċarina melħ
ftit bżar iswed mitħun
Metodu
Saħħan il-forn għal 170˚Ċ (350˚F)
Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien u ferragħ t-taħlita f’dixx baxx tajjeb għall-forn.
Sajjar għal madwar 25 minuta sa meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġ nadifa.