Friends jirritorna fuq it-televiżjoni

L-atturi tas-sensiela televiżiva Friends se jerġgħu jingħaqdu.
Il-karattri Chandler, Rachel, Joey, Monica, Ross u Phoebe se jidhru fuq l-NBC ix-xahar id-dieħel, għal sensiela speċjali ta’ sagħtejn, fejn se jkunu qed ifakkru l-memorja tad-direttur James Burrows.
Qed jingħad li fost l-atturi kollha oriġinali ta’ Friends, hemm possibilità li Matthew Perry biss ma jkunx parti minn din is-sensiela speċjali, għax se jkun qed jieħu sehem fi play f’Londra.
Madanakollu, għad hemm iċ-ċans li jitfaċċa!
Friends se jixxandar fuq NBC fil-21 ta’ Frar li ġej.