Friends għaċ-ċinema wara 25 sena

Il-grupp ta’ ħbieb tant popolari tas-serje ‘Friends’ se jmorru għal darb’oħra fil-kafeterija Central Perk biex jiċċelebraw il-25 sena anniversarju b’mod speċjali.

Dawk kollha li jsegwu u jħobbu dan is-serje u grupp klassiku ta’ ħbieb se jkunu jistgħu jaraw lil Jennifer Aniston, Courteney Cox, Lisa Kudrow, Matthew Merry, David Schwimmer u Matt LeBlanc fuq l-iskrins taċ-ċinema għal wirja speċjali ta’ 12-il episodju ikoniċi fuq tlett iljieli.

Nhar it-23 u 28 ta’ Settembru u t-2 ta’ Ottubru aktar minn 1,000 teatru taċ-ċinema madwar l-Istati Uniti se juru erba’ episodji waqt kull serata, liema episodji se jkunu qed jintwerew bi kwalità 4K miġbuda fuq il-kamera oriġinali fuq negattiva ta’ 35mm.

L-episodji li se jintwerew huma:

23 ta’ Settembru:

  • Pilot –ReDo
  • The One With The Black Out
  • The One With The Birth
  • The One Where Ross Finds Out

28 ta’ Settembru:

  • The One With The Prom Video
  • The One Where No One’s Ready
  • The One With The Morning After
  • The One With The Embryos

2 ta’ Ottubru:

  • The One With Chandler In  A Box
  • The One With Ross’s Wedding – Part 2
  • The One Where Everyone Finds Out
  • The One Where Ross Got High