Frederick x’se jitlob lil Victor jagħmel?

Sorelle 11

Mil-lum tibda ġimgħa oħra tas-sensiela Sorelle, li tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm fuq TVM.

Illum naraw lil Janice tkompli titkellem dwar l-affarijiet personali tagħha. X’se tgħidilha dwar Matthew u għaliex qed tħossha ddispjaċuta fir-rigward tas-Sorelle? Kitty tgħid taqbel li Samantha għandha tibqa’ Malta ma’ ħutha? Maxine qaltilhom li kienet irċeviet telefonata mingħand Leo u t-theddid tiegħu… x’qalulha?

Frederick jiltaqa’ ma Victor id-direttur tal-ħabs… x’talbu jagħmel u qabel miegħu?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi prodozzjoni ta’ Rewind.