Il-PM b’aġġornament dwar il-kundizzjoni ta’ Frederick Azzopardi

Facebook / Frederick Azzopardi

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li d-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi qed jirkupra, wara li ħassu ma jiflaħx waqt li kien fuq xogħol parlamentari fil-Marokk.

Dr Muscat qal fil-Parlament, li l-Gvern lest jipprovdi dak kollu meħtieġ għall-kura ta’ Azzopardi kif ukoll li għamel l-arranġamenti neċessarji biex il-membri tal-familja tiegħu jmorru ħdejh.

Il-Membru Parlamentari kellu jittieħed f’ċentru mediku biex jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Azzopardi hu membru tad-delegazzjoni Maltija li bħalissa qiegħda l-Marokk għal-laqgħa tal-Ħarifa tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa. Mad-delegazzjoni Maltija hemm ukoll id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar.

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia esprima d-dispjaċir tiegħu għal din l-aħbar permezz ta’ stqarrija.

Il-Partit Nazzjonalista awgura fejqan ta’ malajr lil Azzopardi.