Frederick Azzopardi jasal Mater Dei

Kien qiegħed il-Marokk

Facebook / Frederick Azzopardi

Il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Frederick Azzopardi jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei wara li kellu jinġieb Malta mill-Marokk b’ambulanza tal-ajru.

Fi stqarrija, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia awgura fejqan ta’ malajr lil Azzopardi f’isem id-deputati kollha tal-Kamra.

Azzopardi kellu bżonn kura medika waqt li kien qed jaqdi l-mandat parlamentari tiegħu bħala membru tad-delegazzjoni Maltija li kienet qiegħda fuq żjara fil-Marokk għal-laqgħa tal-Ħarifa tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.

Frederick Azzopardi se jinġieb Malta b’ambulanza tal-ajru