Freddie Portelli jitpaxxa bil-provi

Il-Provi tal-musical Il-Kbir Għadu Ġej għaddejjin ġmielhom ġewwa Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Min qiegħed isewgi l-paġna fuq facebook jew instagram, jaf kemm l-atturi, kantanti u żeffiena qegħdin jaħdmu u fl-istess ħin jieħdu gost. Mhux l-ewwel darba narawhom jaqbdu ma’ xulxin ukoll, kemm waqt il-provi kif ukoll barra!

Ovvjament, kollha kemm huma kienu ħerqana biex jiltaqgħu ma’ Freddie Portelli u jisimgħu x’jaħseb minn dak li qed joħolqu bil-mużika leġġendarja tiegħu, u b’hekk Freddie mar iżurhom. Freddi għamel lejla sħiħa ħdejhom u tgħidx kemm ħadu pjaċir. Freddie qagħad jisma, u ma qagħadx lura milli jagħti xi opinjonijiet ukoll. Bix-xieraq hux!

Bl-eċitament, hu u jdur ikellem lil kuħadd waqt mument ta’ pawża, kif kien qed ifakkar l-istorja ta’ kull diska, induna li tilef iċ-ċwievet tal-karozza! Pero’ lil Freddie kulħadd iħobbu, u malajr sab lil xi ħadd jgħaddi għalih u jwasslu lura d-dar. U kull deni ħudu b’ġid, għax b’hekk dam naqra aktar mal-kast spettakolari tagħna.

Ħafna qed isaqsu jekk Freddie Portelli hux ħa jitla’ ftit fuq il-palk mal-bqija tal-kast. Meta saqsejnieh, għemżilna waħda u tbissem dik it-tbissima tant maħbuba mil-fans tiegħu. Idejkom il-fuq!

Il-biljetti għal dan il-musical mexjin ġmielhom! Il-Kbir Għadu Ġej jibda fid-9 ta’ Awwissu u jibqa’ għaddej sas-17 ta’ Awwissu. Dan ser isir ġewwa Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Tinkwetawx, it-teatru ser ikollu l-arja kkundizzjonata, mhux se tħossu sħana waqt li tkunu qed tisimgħu u taraw l-istorja, u lanqas meta tkunu qed tkantaw u ċċaqalqu xi naqra saqajkom mal-kanzunetti li ser tisimgħu!