Fred u Alderweireld fi triqthom lejn Old Trafford

Fred

Id-diriġenti ta’ Manchester United bdew jaħdmu sabiex jakkwistaw plejers li jistgħu jnaqsu d-differenza fil-kwalità tat-tim minn ma’ Manchester City.
Jose Mourinho qed jittama li l-midfielder Brażiljan Fred u d-difensur Belġjan Toby Alderweireld jingħaqdu mar-Red Devils qabel jibda l-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja.
F’Jannar l-għadda Manchester City kienu wrew interess fil-Brażiljan ta’ 25 sena iżda l-ebda trasferiment ma seħħ bejn il-klabb Ingliż u Shakhtar Donetsk.
Manchester United issa lesti li jinvestu £52.5 miljun għal Fred filwaqt li Alderweireld jista’ jkun akkwist li jtemm ċetu inċertezzi difensivi fit-tim ta’ Mourinho.
Tottenham Hotspurs mistennija jitolbu madwar £75m għad-difensur ta’ kważi 30 sena li għad fadallu bis-sena kuntratt magħhom.