Frar se jibqa’ jżomm mal-qawl magħmul għalih

Frar se jibqa’ jżomm mal-fama tiegħu miġbura fil-qawl, “Frar fawwar jimla l-bjar”, għax fil-jiem li ġejjin ix-xita se tibqa’ tippersisti.
Is-sit ta’ bassara indipendenti, FirstMalta, qal li x-xita mhux se taqta’ minħabba sistema ta’ pressjoni baxxa li tinsab fuq l-Italja se tkun qed tersaq iktar lejn iċ-ċentru tal-Mediterran u taffettwa lil gżejjer Maltin.
FirstMalta ddeskrivew dan it-temp bħala wieħed “instabbli”.
Ikkwota lill-Università ta’ Berlin, li ssemmi s-sistemi ta’ pressjoni baxxa u għolja fuq iż-żona tal-Ewropa Ċentrali, tneħħi l-Ingilterra, u ssejjaħ din is-sistema li se tkun qed taffetwana fil-ġranet li ġejjin bħala “Sabine”, il-verżjoni tal-isem “Sabrina” bil-Malti.
Għalhekk, kunu lesti biex illum u għada tesperjenzaw xita li mistennija tkun qawwija f’xi ħin u possibbilment akkumpanjata bir-ragħad.
Dan hu t-tbassir ta’ dan is-sit indipendenti għal dal-jumejn:
Il-Ħamis 22 ta’ Frar : Xita ħafifa filgħodu mbagħad it-temp ikun ġeneralment imsaħħab. Riħ Nofsinhar Forza 4 – 6. Temperaturi l-ogħla 16C, l-inqas 13C.
Possibbilta’ ta’ maltempata mal-lejl.
Il-Ġimgħa 23 ta’ Frar : Xita, possibbilment bir-ragħad mal-ġurnata. Riħ Nofsinhar li jsir Punent Forza 4 – 5. Temperaturi l-ogħla 14C, l-inqas 10C
Ftit tal-jiem ilu s-sit kien qal li Frar mhux se jxarrab daqstant, iżda kif ngħidu "Xemx u xita, Alla jaf mita".