Frar kien xahar niexef imma b’ħafna riħ

It-temp għax-xahar ta’ Frar kien wieħed niexef u b’ħafna riħ. Skont l-uffiċju meteoroloġiku, matul ix-xahar ta’ Frar, ir-riħ kien aktar qawwi mis-soltu. Fis-7 ta’ Frar, ġiet irreġistrata l-għola qawwa tar-riħ, b’36 knots.

Matul dan l-istess xahar, kien hemm total ta’ 51.7mm ta’ xita. In-norma hi li matul dan ix-xahar, tinżel mal-61.3mm ta’ xita. L-iktar jum li niżlet xita kien it-12 ta’ Frar meta dakinhar, niżlet mas-16.3mm ta’ xita. L-iktar sena li niżlet xita matul ix-xahar ta’ Frar kien fis-sena 1947. Dakinhar kienet niżlet mal-187.9mm ta’ xita.

It-temperatura medja matul ix-xahar ta’ Frar kienet 12.3 gradi selsjus. L-iktar darba li għoliet, it-temperatura telgħet għal 15.2 gradi selsjus.