Frar kien it-tnieni l-aktar xahar kiesaħ qatt irreġistrat – Uffiċċju Meteoroloġiku

L-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li Frar kien it-tieni l-ikseħ xahar qatt irreġistrat f’Malta.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju qal li l-ogħla temperatura laħqet id-19.4 °C filwaqt li l-inqas niżlet għal 3.7 °C. Tkejlu 93 mm ta’ xita fi Frar – kważi 40 mm iktar min-norma klimatika.

Skont l-Uffiċċju, għalkemm kien hemm riħ fost l-aktar qawwi rreġistrat f’dawn l-aħħar snin, l-iktar riħ qawwi li laqat Malta ġie osservat fi Frar tal-1955 u laħaq 70 knots li jammonta għal madwar 130 kilometru fis-siegħa. Fil-25 ta’ Frar il-buffuri tar-riħ laħqu jew qabżu l-34 knots.